We use cookies to personalise content and ads, to provide social media features and to analyse our traffic. We also share information about your use of our site with our social media, advertising and analytics partners. Read More




Log in

The Malta Institute of Accountants launches second edition of #AccountsForYou Awareness Campaign

23 Sep 2022 17:35 | Michael Debono (Administrator)


The Malta Institute of Accountants has launched the second edition of the #AccountsForYou Awareness Campaign, as it seeks to encourage young students to discover more about the exciting and varied career opportunities that this profession provides. It will also address the need for wider financial literacy starting at a young age, a key tool in the development of the citizens of tomorrow.

The campaign was launched by MIA President David Delicata and CEO Maria Cauchi Delia in the presence of the Minister for Education, Sport, Youth, Research and Innovation Hon. Dr Clifton Grima.

Addressing a press briefing at the Institute’s Head Office, MIA President David Delicata noted that despite the turbulent economic times of recent years, the Maltese economy has continued to grow and attract higher-quality jobs particularly in the services-based industry, creating the need for an increasing cohort of accountancy and auditing professionals. Quoting a recent survey commissioned by the MIA, the Institute of Taxation and the Institute of Financial Services Practitioners, the Export-Oriented Foreign Direct Investment services sector employs more than 28,000 persons, excluding many more thousands who provide ancillary services to such industry. While hundreds of students yearly qualify to act as accountants through University of Malta and the MIA-ACCA Joint Scheme, demand continues to outstrip supply.

“Accountancy is synonymous with a profession which highlights the importance of ethics, professionalism and good governance. It is a profession which has demonstrated resilience throughout times, and offers professionals engaged in it the opportunity to make a difference, for accountants play a key role in every organisation, irrespective of its industry or size. Our aim is to encourage young people to be aware of these opportunities,” Delicata added.

MIA CEO Maria Cauchi Delia explained that the campaign will be targeted towards students in Year 8 and Year 11 in state, church, and independent schools as well as post-secondary institutions, these being important junctures on their study path. The campaign will feature live sessions in schools supported through a digital campaign on the social and media platforms which are frequently used by the younger community.

Cauchi Delia said that the first edition of the campaign, despite the limitations of the pandemic, reached more than 1,000 children from 40 schools, with the Institute targeting to sustain and possibly improve on these numbers.

Minister for Education, Sport, Youth, Research and Innovation Dr Clifton Grima said: In a constantly evolving world, the labour market is coming up with new requirements. In this context, we need to provide guidance to our country's students at the delicate phase of their life when they make important choices that will impact their future. For this reason, we should promote subjects that help them achieve these goals, including those related to accountancy, so that the market requirements are met.” The Minister recalled that decisions on their future career need to be ultimately taken by the children themselves, and it is for this reason that the Guidance and Counselling Unit within the Education Ministry provides guidance to students so that their choice is made according to their aspirations and abilities, while also focusing on the wider socio-economic development.

The Malta Institute of Accountants would like to thank the Ministry of Education, the Department of Accounts within the Directorate for Learning and Assessment Programmes (DLAP) which is supporting this campaign, as well as MIA officials, members and staff, together with other contributors and sponsors for their contribution and support towards this campaign.

____________________________________________________________

Il-Malta Institute of Accountants jniedi t-tieni edizzjoni tal-Kampanja ta’ Għarfien #AccountsForYou

Il-Malta Institute of Accountants nieda t-tieni edizzjoni tal-Kampanja ta’ Għarfien #AccountsForYou bl-għan li jinkoraġġixxi lill-istudenti jiskopru aktar dwar l-opportunitajiet differenti u eċitanti li l-professjoni toffri. Se tindirizza wkoll il-bżonn ta’ għarfien finanzjarju akbar minn età żgħira, li hija għodda importanti ħafna fl-iżvilupp ta’ ċittadini ta’ għada.

Il-kampanja tnediet mill-President tal-MIA David Delicata u l-Kap Eżekuttiv Maria Cauchi Delia fil-preżenza tal-Ministru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni l-Onor. Dr Clifton Grima.

F’diskors waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-Uffiċċju Ewlieni tal-Institute, il-President tal-MIA David Delicata nnota li minkejja l-isfidi ekonomiċi tal-aħħar snin, l-ekonomija Maltija kompliet tikber u tattira impjiegi ta’ kwalità speċjalment fl-industrija tas-servizzi, fatt li ħoloq bżonn ta’ numru akbar ta’ professjonisti fl-accounting u l-awditjar. Huwa kwota studju riċenti li sar mill-MIA, l-Institute of Taxation u l-Institute of Financial Services Practitioners, li aktar minn 28,000 persuni jaħdmu fis-settur tas-servizzi marbut mal-investiment barrani dirett, flimkien ma’ eluf oħra li jipprovdu servizzi anċillari lil din l-industrija. Filwaqt li mijiet ta’ studenti jikkwalifikaw kull sena biex jaħdmu ta’ accountants permezz tal-Università ta’ Malta u bl-iskema konġunta li l-MIA għandu mal-ACCA, id-domanda għadha ferm akbar mill-provvista.

“L-accountancy huwa sinomimu ma’ professjoni li tirrifletti valuri importanti bħall-etika, il-professjonalità u governanza tajba. Hija professjoni li baqgħat reżiljenti matul iż-żminijiet u toffri l-opportunità lill-professjonisti li jaħdmu fiha biex jagħmlu differenza. Dan għaliex l-accountants jilagħbu rwol importanti f’kull organizzazzjoni, irrispettivament mill-industrija jew id-daqs tagħha. L-għan tagħna hu li nħajru lit-tfal u żgħażagħ biex ikunu konxji ta’ dawn l-opportunitajiet,” żied jgħid is-Sur Delicata.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MIA Maria Cauchi Delia spjegat li l-kampanja se tkun immirata lejn studenti fit-tmien u l-11-il sena fl-iskejjel tal-istat, tal-knisja u dawk indipendenti, kif ukoll f’istituzzjonijiet post-seondarji, li huma kollha punti importanti tul il-kors tal-istudju. Il-kampanja se tinkludi sessjonijiet fl-iskejjel kif ukoll kampanja diġitali fuq il-mezzi soċjali u pjattaformi li jintużaw l-aktar minn udjenza żagħżugħa.

Cauchi Delia qalet li fl-ewwel edizzjoni  tal-kampanja, minkejja l-limitazzjonijiet tal-pandemija, intlaħqu aktar minn 1,000 tifel u tifla minn 40 skejjel differenti. L-għan tal-MIA huwa li jsostni u possibbilment itejjeb dawn in-numri.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Ricerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal li, “f’dinja li dejjem qed tevolvi, qed joħorġu aktar bżonnijiet tas-Suq tax-Xogħol u huwa għalhekk irridu nkunu ta’ gwida għall-istudenti tal-pajjiż f’mument delikat ta’ ħajjithom li fih ikunu qed jagħmlu l-għażliet li se jaffettwaw il-futur tagħhom. Għalhekk għandna nagħtu promozzjoni għas-suġġetti li jwasslu għal dan il-għan, fosthom dawk relatati mal-accounting biex jimtlew il-bżonnijiet u l-esiġenzi tas-suq.” Il-Ministru fakkar li huma t-tfal infushom li jagħmlu l-għażliet tal-karriera tagħhom, u għalhekk it-Taqsima tal-Gwida għall-Karriera u l-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru tagħti gwida lill-istudenti biex filwaqt li l-għażla tagħhom tkun skont l-aspirazzjoni u l-abbiltà tagħhom, tkun tiffoka wkoll fuq l-iżvilupp soċjo-ekonomiku globali.

Il-Malta Institute of Accountants jixtieq jirringrazzja lill-Ministeru tal-Edukazzjoni, id-Dipartiment tal-Accountancy fi ħdan id-Direttorat għall-Programmi ta' Tagħlim u Assessjar (DLAP) li qed jissapportja din il-kampanja, kif ukoll uffiċjali, membri u staff tal-MIA, kif ukoll kontributuri u sponsors oħra għall-kontribuzzjoni u appoġġ tagħhom lejn din il-kampanja.


               

Contact Us

Suite 4, Level 1, Tower Business Centre, Tower Street, Swatar, BKR 4013, Malta 

E-mail: info@miamalta.org

Tel. +356 2258 1900

© MALTA INSTITUTE OF ACCOUNTANTS, 2022                                                                                         Privacy Notice