We use cookies to personalise content and ads, to provide social media features and to analyse our traffic. We also share information about your use of our site with our social media, advertising and analytics partners. Read More

SUBSCRIBE TO OUR MAILING LIST


Log in

Institute of Accountants launches awareness campaign for secondary school students

2 Sep 2021 16:22 | Anonymous

The Institute of Accountants launched an awareness campaign that will help students in secondary schools make informed decisions about pursuing a study path in accountancy. The initiative targets all students in Year 8 (Form II) and Year 11 (Form V) in state school, church schools, and independent schools.


The campaign reaches out to students with interactive virtual sessions where they can learn more about a career in accountancy and how to approach the educational journey. The meetings will give students the opportunity to raise any questions and the speakers can address any misconceptions surrounding the profession.

“Accountancy is a rewarding and dynamic profession that prepares the up-and-coming generation well for the future,” explained MIA CEO Maria Cauchi Delia. “This is the first campaign of its kind by the Institute, and we want to bring accountancy closer to students.”

The project outcomes are based on a study conducted earlier this year with students in secondary schools with the support of the Directorate for Learning and Assessment Programmes. Participants in the survey shared their opinions and perceptions about accountancy.

Ms Cauchi Delia described the campaign as a future-looking initiative that fits into the national education strategy and seeks to build new competencies fit for the 21st century.

Addressing the launch press conference, Education Minister Justyne Caruana said that the campaign sets a good example for other professions to follow. “This is a significant initiative because it focuses on critical years in children’s educational journeys. It is our duty to align our aims with the needs of the country and the MIA awareness campaign will offer all the opportunities of accountancy to students.”

MIA President Fabio Axisa said that the accountancy profession is crucial to Malta’s economic and social development. “As an Institute we feel an obligation to stimulate new talent that can keep transforming the profession as well as the country. Accountancy does not only provide technical skills, but human skills as well and we are delighted to make this investment in education.”

The campaign will be supported by a year-long digital communications effort to keep students and their guardians as well as educators engaged in the process.

 

///

 

L-Institute of Accountants iniedi kampanja ta’ għarfien għall-istudenti fil-livell sekondarju

L-Institute of Accountants nieda kampanja ta’ għarfien li se tgħin lill-istudenti fl-iskejjel sekondarji biex jagħmlu għażliet infurmati dwar karriera fl-accountancy. L-inizjattiva hija mmirata lejn l-istudenti kollha fis-Sena 8 (Form II) u s-Sena 11 (Form V) fl-iskejjel tal-istat, tal-knisja, u dawk indipendenti.

Il-kampanja tilħaq l-istudenti permezz ta’ sessjonijiet interattivi virtwali biex isiru jafu aktar dwar il-professjoni u kif għandhom jippjanaw il-vjaġġ edukattiv tagħhom. Il-laqgħat se jagħtu lill-istudenti l-opportunità li jagħmlu d-domandi tagħhom u l-kelliema se jkunu jistgħu jiċċaraw ideat żbaljati li jistgħu ikollhom dwar il-professjoni.

“L-Accountancy hija professjoni dinamika u li tagħti sodisfazzjoni filwaqt li tipprepara lill-ġenerazzjoni l-ġdida tajjeb ħafna għall-futur,” qalet il-Kap Eżekuttiv tal-MIA Maria Cauchi Delia. “Din hija l-ewwel kampanja ta’ dan it-tip mill-Institute of Accountants u permezz tagħha rridu nwasslu l-accounts eqreb tal-istudenti.”

Il-miri tal-proġett huma bbażati fuq studju li sar aktar kmieni din is-sena fost l-istudenti fl-iskejjel sekondarji bl-appoġġ tad-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar. Il-parteċipanti fl-istħarriġ qasmu l-impressjonijiet u l-opinjonijiet tagħhom dwar il-professjoni.

Maria Cauchi Delia iddeskriviet il-kampanja bħala inizjattiva li tħares lejn il-futur u li taqbel mal-istrateġija nazzjonali tal-edukazzjoni li tfittex li tibni kompetenzi ġodda għas-Seklu 21.

Meta indirizzat il-konferenza, il-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li-kampanja tagħti eżempju tajjeb lil professjonijiet oħra. “Din hija inizzjattiva sinjifikanti għax tikkonċentra fuq snin kritiċi fil-vjaġġ edukattiv tal-istudenti. Huwa d-dmir tagħna li nqarrbu l-għanijiet tagħna mal-ħtiġijiet tal-pajjiż u l-kampanja ta’ għarfien tal-MIA se twassal l-opportunitajiet kollha li toffri l-accountancy lill-istudenti.”

Il-President tal-MIA Fabio Axisa tenna li l-professjoni tal-accountancy hija kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ Malta. “Bħala Institute inħossu r-responsabbiltà li inħeġġu talent ġdid li jista’ jkompli jittrasforma kemm lill-professjoni u kemm lill-pajjiż. L-accountancy ma tagħtix biss ħiliet tekniċi iżda wkoll ħiliet umani u għalhekk huwa ta’ pjaċir għalina li qed nagħmlu dan l-investiment fl-edukazzjoni.”

L-inizjattiva se tkun akkumpanjata minn kampanja ta’ komunikazzjoni diġitali ta’ sena li se żżomm lill-istudenti u l-ġenituri tagħhom kif ukoll lill-edukaturi infurmati b’dak li jkun qed isir.

               
SUBSCRIBE TO OUR MAILING LIST

Suite 4, Level 1, Tower Business Centre, Tower Street, Swatar, BKR 4013, Malta 

E-mail: info@miamalta.org

Tel. +356 2258 1900

© MALTA INSTITUTE OF ACCOUNTANTS, 2021  Privacy policy